Sitt persuni minn 25 midruba jinsabu f’qagħda gravi wara ħabta bejn ferrovija u truck barra l-belt ta’ Hamburg. Filwaqt li passiġġier ta’ 55 sena miet fuq il-post.
Il-ferrovija ħabtet ma trakk waqt li kien fuq il-qsim tal-binarji, fejn kawża tal-impatt it-twieqi fil-vaguni fuq quddiem tal-ferrovija inkisru.
Kważi 300 persuna kienu fuq il-ferrovija fejn fost dawk it-300 l-passiġġieri mhux feruti ġew evakwati u meħuda lejn stazzjon fil-viċin b’xarabank.
Ix-xufier tat-trakk ittieħed għall-interrogazzjoni mill-pulizija Ġermaniża.
![](https://cdn.netnews.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/12124803/skynews-germany-train-crash-2-600x338.jpg)
![](https://cdn.netnews.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/12124803/skynews-germany-train-collision-3-600x338.jpg)