Kien b’saħħtu ferm il-messaġġ favur il-paċi illi twassal minn fuq il-palk tal-Ariston waqt l-ewwel serata ta’ Sanremo 2025 – messaġġ permezz tal-kanzunetta ‘Imagine’, interpretata mill-Iżraeljana Noe u l-Palestinjana Mira Awad.
Qabel din il-klassika ta’ John Lennon, deher ukoll il-Papa Franġisku fuq l-iscreen tal-istess Teatru; bil-Kap tal-Knisja Kattolika jinsisti li l-mużika hi strument ta’ paċi.
Il-festival ta’ Sanremo, preżentat minn Carol Conti, jilħaq il-qofol tiegħu nhar is-sibt bil-finali.
U l-ewwel serata, kienet segwita minn xejn anqas minn 12-il miljun persuna…ferm aktar mis-sena li għaddiet.
//= $special ?>