Lokali

Sett ta’ bolol li jfakkru s-sena lunari tas-Serp

Ta’ kull sena, iċ-Ċina tiċċelebra dik li hi magħrufa bħala ‘Lunar New Year’. Ċelebrazzjoni illi tibda mat-tlugħ tat-tieni qamar ġdid, tlugħ illi jseħħ bejn il-21 ta’ Jannar u l-20 ta’ Frar.

Kien għalhekk, illi f’dawn l-aħħar sentejn, il-Malta Post iddeċidiet illi toħroġ bolol ddedikati għall-din iċ-ċelebrazzjoni, bil-bolol ppubblikati din is-sena ikunu l-ewwel kollaborazzjoni bejn Malta u ċ-Ċina.

Net News tkellem ma’ Mary Grace Simson, il-Kap tal-Filaterija fi ħdan il-MaltaPost, illi spjegat li din hija t-tieni sena li l-MaltaPost ħarġet bolol bl-inkorporazzjoni tal-Lunar New Year, b’din is-sena tkun imsejjħa s-sena lunari tas-serp. Publikazzjoni bil-għan illi tgħaqqad liż-żewġ pajjiżi.

Ritratti: Martin Agius

Din il-kamra tal-aħbarijiet tkellmet ukoll ma’ Fabio Spiteri, id-diżinjatur tal-bolla Maltija ta’ din il-pubblikazzjoni. Fejn spjega illi ispira ruħu mill-maduma tipika Maltija iżda mbagħad inkorpora s-serp.

Din il-kollaborazzjoni saret maċ-Ċentru Kulturali għaċ-Ċina f’pajjiżna, bid-Direttur Yuan Yuan tispjega li din il-festa hija festa importanti ħafna għall-komunità Ċiniża.

Hija spjegat ukoll is-sinifikat tas-sena lunari tas-serp għall-komunità Ċiniża.

Il-bolol li nħarġu huma tnejn, b’waħda minnhom tkun iddiżinjata minn Fabio Spiteri filwaqt li t-tieni waħda tkun iddiżinjata minn Fang Jun, diżinjatur Ċiniż.