F’Celtic Park Bayern Munich għelbu lil Celtic bl-iskor ta’ 2-1 minkejja l-ostilita tal-partitarji Skoċċiżi li lagħbu fiha. F’atmosfera mill-isbaħ għall-partitarji ta’ Celtic u anke għal dawk newtrali, kienu Bayern Munich li fetħu l-iskor ma’ tmiem l-ewwel taqsima b’gowl ta’ Michael Olise fuq pass ta’ Dayor Upamecano. Il-Ġermaniżi rduppjaw fid-49 minuta b’gowl ta’ Harry Kane. Celtic naqqsu d-distakk minn Daizen Maeda iżda ma kienx biżżejjed biex isalvaw xi ħaġa mill-partita.
Telfa sorprendenti għal Milan barra minn darhom għand Feyenoord bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl uniku tal-partita kien skorjaw mat-tielet minuta b’gowl ta’ Igor Paixao.
Telfa wkoll mhux mistennija għal Atalanta barra minn darhom għand Club Brugge bl-iskor ta’ 2-1. Il-Belġani fetħu l-iskor fil-15-il minuta b’konklużjoni ta’ Ferran Jutgla qabel Atalanta kisbu d-draw fil-41 minuta minn Mario Pasalic. Il-gowl tar-rebħa għal Club Brugge wasal fl-94 minuta b’penalty skorjat minn Gustaf Nilsson.
Illum
C. Brugge v Atalanta 2-1
Monaco v Benfica 0-1
Celtic v B. Munich 1-2
Feyenoord v Milan 1-0