Lokali

142 live births fl-2023 lill-ommijiet ta’ iktar minn 40 sena

In-numru ta’ live births lill-ommijiet ta’ iktar minn 40 sena fl-2023 kien 142. Fl-2020 kien hemm 100; fl-2021 kien hemm 131 u fl-2022 kien hemm 135 live births lill-ommijiet ta’ iktar minn 40 sena.

Din l-informazzjoni ngħatat għal mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva.

Jirriżulta wkoll  li t-trabi mwielda mill-proceduri tal- IVF (IVF u ICSi imma li ma jinkludux IUI) sal-31 ta’ Jannar 2025, hu ta’ 308 trabi. Fl-2020 kien hemm 27; fl-2021 kien hemm 47; fl-2022 kien hemm 85; fl-2023 kien hemm 103; u mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 tal-Jannar 2025 kien hemm 46.