Libjan ta’ 40 sena ġie kkundannat 20 xahar ħabs mill-Maġistrat Giannella Camilleri Busuttil wara li nqabad bid-droga lesta għall-bejgħ. Elkekli Mohamed, residenti San Pawl il-Baħar, kien akkużat li l-ġimgħa li għaddiet, kien fil-pussess tal-kokaina f’ċirkostanzi li jindikaw li ma kinitx għall-użu personali.
Huwa kien akkużat ukoll li kien fil-pussess ta’ droga oħra taħt l-istess ċirkostanzi u li kkommetta reat waqt li kien għadu taħt sentenza sospiża li nqatgħet kontrih f’Novembru li għadda. Hu ġie akkużat ukoll li huwa riċediv.
Mohamed ammetta għall-akkużi kollha kontrih. Għall-akkużi marbutin mad-droga u r-reċidività, ġie kkundannat tmien xhur ħabs u mmultat €500 li jridu jitħallsu fi żmien 11-il xahar.
Minħabba li nstab ħati ta’ reati li kkommetta qabel, is-sentenza sospiża nbidlet f’dik ta’ priġunerija effettiva u ntbagħat sena ħabs żejda fuqha. Il-Qorti ordnat ukoll id-distruzzjoni tad-droga.
//= $special ?>