Raġel ta’ 75 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, qiegħed jissielet għall-ħajtu wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol f’għalqa f’Wied il-Ħesri, is-Siġġiewi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija.
Fil-post issejjaħ tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu, u ambulanza
ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Il-Maġistrat Joseph Mifsud ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>