‘Il-pitch ma kienx f’kundizzjoni li jintlagħab il-futbol, personalment nemmen li ma kinetx deċiżjoni tajba iżda nirrispettaha.’ Dawn kienu l-ewwel kummenti li ta l-kowċ ta’ Floriana Darren Abdilla wara l-logħba kontra M’Xlokk li huma rebħu bl-iskor ta’ 2-1. Huwa kompla jżid: ‘ Rajna futbol ta’ livell baxx miż-żewġ timijiet. Logħba li wkoll ġiet kundizzjonata minn gowl kmieni li aħna mbagħad ippruvajna niddefendu b’saħħa. Nifhem ukoll lill-kowċ avversarju imma kien hemm episodji fuq iż-żewġ naħat fejn finalment dawn jibbilanċjaw ruħhom. Peró kumplimenti lill-players taż-żewġ timijiet u kburi bil-players tiegħi għax anki meta ġejna draw huma emmnu li nistgħu nirbħu fejn urew grinta kbira biex ksibna t-tliet punti.’
‘Min jiżbalja għandu jerfa’ r-responsabbilta’
- Vincenzo Potenza, kowċ M’Xlokk FC
‘Nixtieq nagħti l-prosit tiegħi lil Floriana għal din ir-rebħa f’dawn il-kundizzjonijiet.’ Hekk ikkummenta l-kowċ ta’ Marsaxlokk Vincenzo Potenza viżibbilment irrabjat ukoll għal ċertu deċiżjonijiet fit-telfa tat-tim tiegħu kontra Floriana. Huwa kompla: ‘Jien ili sitt snin hawn Malta u qatt ma tkellimt fuq deċiżjonijiet tar-referee. Imma li jkollok sitwazzjoni fejn throw in favur Marsaxlokk li l-assistent referee hekk issinjala u jingħata bil-kontra u minnu sussegwentament tasal l-azzjoni tal-corner u tal-gowl, mhux aċċettabbli. Min jiżbalja jrid ikollu l-kuraġġ li jassumi r-responsabbilta. Jien dejjem naċċetta d-deċiżjonijiet tajbin u ħżiena imma llum naħseb li qbiżna ftit il-limitu.’

TIM TAL-ĠIMGĦA
Goalkeeper: Henry Bonello (Ħamrun Spartans)
Difensuri: Tomislav Papazov (Birkirkara) Henrique Murillo Freira (Sliema Wanderers), Gonzalo Julian Garmarra (Floriana).
Midfielders: Matias Garcia (Floriana), Khevin Fraga (Hibernians), Alexander Satariano (Birkirkara), Jan Busuttil (Balzan)
Attakkant: Ilias Martins (Hibernians), Cesar Menacho (Ħamrun Spartans), Mohammed Awad (Sliema Wanderers)
| KLASSIFIKA | PARTITI | PUNTI |
| Ħamrun Spartans | 5 | 11 |
| Floriana | 5 | 10 |
| Sliema Wanderers | 5 | 9 |
| Birkirkara | 5 | 9 |
| Hibernians | 5 | 9 |
| Marsaxlokk | 5 | 9 |
| Żabbar St.Patricks | 5 | 6 |
| Mosta | 5 | 6 |
| Balzan | 5 | 6 |
| Melita | 5 | 5 |
| Gżira United | 5 | 5 |
| Naxxar Lions | 5 | 0 |
LOGĦOB LI JMISS
Il-Ġimgħa 14 ta’ Frar, 2025
Tony Bezzina Stadium
6.00pm Mosta vs M’Xlokk
8.15pm Sliema W. vs Gżira Utd.
Is-Sibt 15 ta’ Frar, 2025
Tony Bezzina Stadium
2.00pm Naxxar L. vs B’Kara
4.15pm Hibernians vs Żabbar SP
Il-Ħadd 16 ta’ Frar, 2025
Stadium Nazzjonali
2.00pm Balzan vs Floriana
4.15pm Melita vs Ħamrun S.
| L-AQWA SKORERS | GOWLS |
| Maxuell Samurai (Birkirkara) | 15 |
| Alex Tanque (Marsaxlokk) | 11 |
| Franklin Sasere (Floriana) | 10 |
| Luke Montebello (Ħamrun S.) | 10 |
| Gabriel Mentz (Gżira Utd.) | 9 |
| Vito Plut (Sliema W.) | 9 |
| Yuri Messias (Marsaxlokk) | 9 |
| Udoyen Akpan (Balzan) | 8 |
| Raphael Lopes (Ħamrun S.) | 8 |
| Andre (Melita) | 8 |
| Jurgen Degabriele (Hibernians) | 7 |
| Brian Gambarte (Żabbar SP) | 6 |
| Carlo Zammit Lonardelli (Floriana) | 6 |
| Federico Falcone (Hibernians) | 6 |
| CLEAN SHEETS | PARTITI |
| Floriana | 12 |
| Birkirkara | 10 |
| Sliema Wanderers | 9 |
| Hibernians | 6 |
| Ħamrun Spartans | 6 |
| Melita | 5 |
| Żabbar St.Patricks | 5 |
| Gżira United | 4 |
| Mosta | 4 |
| Marsaxlokk | 3 |
| Naxxar Lions | 2 |
| Balzan | 2 |


