Lokali Parlament

Il-Gvern għandu jaċċetta l-propostit tal-PN dwar l-għoli tal-ħajja

Albert Buttigieg, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg appella lill-gvern Laburista biex ma jkunx arrogranti u jaċċetta l-propostit al-PN dwar l-għoli tal-ħajja.

Albert Buttigieg qal li numru ta’ familji Maltin qed ibatu biex iwasslu sal-aħħar tax-xahar. Hu sostna li d-differenza bejn min għandu ħafna u dak li għandu ftit qed tkompli tikber. Dan qed jgħidu l-Bank Ċentrali li qed jgħid li min sejjer tajjeb qed jaqbad għaxar darbiet iktar għax hawn żbilanċ soċjali fil-pajjiż.

L-NSO jistabilixxi li hawn 100,000 persuna li jinsabu f’risku ta’ faqar u 88,000 minnhom jaqilgħu inqas minn €11,000 fis-sena. Il-GWU tistablixxi li hawn 16,000 ġenitur li jaqilgħu inqas minn €21,000 u hawn 18,000 koppja anzjana li m’għandhomx dħul ta’ €17,000 fis-sena.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li n-nuqqas ta’ edukazzjoni jwassal għall-faqar fejn hemm l-akbar rata ta’ fal li qed ifallu l-iskola. Raġuni oħra hi l-mudell ekonomiku mibni fuq il-kwantità Hu sostna li hwn min qed jagħmel profotti bla kunsiderazzjoni grazzi għall-Gvern Laburista li huma ħbieb tal-gvern.

Hu appella biex il-gvern Labursta ma jkunx partiġġjan u difensiv quddiem il-proposti tal-PN.