Kienu erbgħa l-fatalitajiet li ħajjithom inħasdet fit-toroq tagħna f’temp ta’ xahar u nofs.
Fatalitajiet ta’ żgħażagħ u adulti fl-aqwa ta’ ħajjithom; traġedji li ħasdu lill-poplu kollu.
Peró jidher li din ir-realtà mhix ta’ inkwiet għall-Ministru Chris Bonett li huwa responsabbli mit-traffiku u l-infurzar fit-toroq ta’ pajjizna.
Fl-aħħar ġimgħat, kienu bosta dawk li talbu għal aktar infurzar fit-toroq ta’ pajjiżna, hekk kif issa li żdied l-ammont ta’ karozzi qed jaraw li għandu jkun hemm iktar sorveljanza proprju biex jiġu evitati l-inċident.
Madanakollu, il-Ministru Chris Bonett ħarab kompletament milli jwieġeb id-domandi leġittimi dwar din is-sitwazzjoni.
Fl-aħħar jiem ġie rrapurtat li bosta inċidenti anke dawk li kienu fattali, seħħew minħabba sewqan b’veloċita eċċessiva jew kaġun ta’ irregolaritajiet oħra. Madanakollu l-Ministru irrifjuta li jagħti serħan il-moħħ lill-poplu Malti u Għawdxi dwar soluzzjonijiet li dan il-Gvern jista’ joffri biex jonqos il-periklu fit-toroq.
//= $special ?>