Ivan Castillo, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Ivan Castillo qal li l-PN qed joffri soluzzjonijiet u qed jifhem il-weġgħat tan-nies għaliex il-ħajja qed tkompli tgħola kontinwament fl-oqsma kollha filwaqt li l-pagi mhumiex jgħolew l-istess. Dan filwaqt li l-gvern wiegħed middle-class ġdid u ma żammx din il-wiegħda tant li hawn living poor, sostna d-deputat Nazzjonalista.
Hu qal li fil-pajjiż hawn 75,000 persuna li ma jaffordjawx ibiddlu l-għamara, 35,000 persuna li ma jaffordawx isaħħnu d-dajr u 25,500 persuna ma jaffrodjawx jixtru t-tieni par żarbun. Jeħtieġ li l-gvern jirrikonoxxi li hawn problema għaliex hawn familji li qed jissellfu l-flus biex jgħaddu.
Hu semma’ l-problema ta’ persuni li jgħixu fil-karozzi u qal li l-Bank Ċentrali qal li għalkemm il-gvern qed jgħid li l-ekonomija qed titjieb il-porzjon tal-ekonomija qed jiċkien. Illum hawn familji li jridu jagħżlu dak li jridu jixtru. KPMG qed jistabilixxi wkoll li l-prezzijiet qed jiżdiedu b’rata ogħla milli qed jiżdiedu l-pagi.
Ivan Castillo qal li l-mudell ekonomiku tal-gvern falla u żied li kulħad jaqbel li dan għandu jinbidel għax għandu effett fuq il-pazi. Jirriżulta li 53% żieda fil-prezzijiet tal-propjetà f’Malta waqt li l-problema oħra huma n-nuqqas ta’ mediċini li l-poplu qed ikollu jixtrihom hu. Għalhekk il-proposti tal-PN huma dawk li għandhom jitwettqu fl-interess tal-poplu, sostna Ivan Castillo.
//= $special ?>