Tħabbret il-mewt tal-awtur u kollezjonist Tony Terribile – persuna li kien ukoll kontributur regolari fuq it-televiżjoni lokali. Bil-parroċċa Tas-Sacro Cuor f’Tas-Sliema tgħid illi Tony għadda għall-Ħajja ta’ Dejjem, waqt li kien qed iqarben lill-anzjani f’waħda mid-djar tal-anzjani tal-Parroċċa.
Fl-istess parroċċa, Terribile kien Rettur tal-Fratellanza tas-Sagrament.
Tony Terribile, Slimiż ta’ 79 sena, kellu kollezzjoni ta’ kartolini b’riproduzzjonijiet ta’ pitturi jew skulturi b’temi reliġjużi.
Hu kien ukoll dilettant tal-knejjes, u ħadem anke fuq diversi kotba.
Mal-PIN, Terribile ħadem ‘Teżori fil-Knejjes Maltin’ u anke ktieb li kien parti mill-‘Kullana Kulturali’.
//= $special ?>