Żagħżugħ ta’ 20 sena minn Birkirkara ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li l-Pulizija akkużatu li kellu fil-pussess tiegħu d-droga kokaina u eroina f’ċirkostanzi li ma kinitx għall-użu personali tiegħu. Logen Attard wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih.
L-Ispettur Francesco Mizzi qal lill-Maġistrat Gabriella Vella kif fil-lejl ta’ bejn it-Tnejn u t-Tlieta fil-Gżira, il-pulizija nnutaw persuna f’karozza u diversi persuni jersqu lejha. Il-karozza twaqqfet mill-pulizija u l-akkużat li kien qed isuqha,
Attard, ġie arrestat fejn instab fil-pussess ta’ qratas żgħar tal-cannabis u erbat iqratas oħra li qabel sar l-eżami tal-espert ma setghux jinfetħu u għalhekk l-ammonti qatt ma setghu jiġu kkwawntifikati. Attard talab għal ħelsien mill-arrest bil-Maġistrat Vella laqgħqet it-talba fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €10,000.
Il-prosekuzzjoni qed titmexxa wkoll mill-Ispettur Mark Cremona waqt li għall-akkużat qed jidhru l-Avukati Franco Debono u Adreana Zammit.
//= $special ?>