Il-Ministru Jonathan Attard ikkonferma li jrid joqtol l-inkjesti maġisterjali li ilhom għaddejjin aktar minn sentejn billi jwaqqafhom wara sitt xhur li tkun għaddiet l-liġi li ppreżenta huwa stess.
Dan qalu l-PN, fi stqarrija maħruġa mix-Shadow Minister Jonathan Attard.
Il-Partit Nazzjonalista jistieden lil kulħadd, inkluż lil Jonathan Attard, biex jaqra l-klawsola 11 (5) (ii) tal-Abbozz numru 125 li tgħid b’mod ċar:
“(ii) jekk il-proċeduri ta’ aċċess fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att ikunu ilhom pendenti għal aktar minn sentejn, dawk il-proċeduri għandhom jingħalqu sa mhux aktar tard minn sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att;”.
Dan ifisser li l-inkjesti maġisterjali bħal dawk dwar il-qtil ta’ Raymond Caruana, Karin Grech u Daphne Caruana Galizia kif ukoll numru kbir ta’ inkjesti dwar frodi, korruzzjoni, serq u omiċidji u li ilhom pendenti għal aktar minn sentejn se jingħalqu ħabta u sabta fi żmien sitt xhur minn meta l-Parlament ikun approva l-liġi li Robert Abela u Jonathan Attard jridu jgħaddu b’għaġla kbira.
Il-liġi kif proposta minn Robert Abela u Jonathan Attard hija oxxenità li biha l-Gvern irid joqtol l-inkjesti maġisterjali darba għal dejjem u jċaħħad liċ-ċittadin privat milli jitlob il-ftuħ ta’ inkjesti maġisterjali.
//= $special ?>