Il-Bank of Valletta jkompli jagħti prijorità lil-livell ta’ servizz li jingħataw il-klijenti mill-fergħat tiegħu, bil-Maniġers u Team Leads tal-fergħat jiddiskutu kif tista’ titjieb il-kwalità tas-servizz, l-aċċessibbiltà, u l-għajnuna finanzjarja. Il-konferenzi tal-BOV għall-maniġers li jaħdmu fin-netwerk tal-Bank jiżguraw li t-timijiet li jaħdmu fil-fergħat jibqgħu allinjati mal-għan strateġiku tal-Bank li jwassal esperjenza bankarja superjuri, u li jkun aktar faċli għall-klijenti biex jieħdu ħsieb il-finanzi tagħhom b’kunfidenza u konvenjenza.
Waqt l-aħħar konferenza li saret, Simon Azzopardi, Chief Personal and Wealth Officer tal-Bank, saħaq mill-ġdid l-impenn tal-Bank li jappoġġja persuni u familji biex jilħqu l-għanijiet finanzjarji tagħhom, mhux biss permezz ta’ prodotti u servizzi, iżda wkoll permezz tal-għajnuna offruta mill-impjegati.
Il-kap responsabbli għal-fergħat tal-Bank, Geoffrey Ghigo tkellem dwar l-importanza li wieħed jisma’ dak li qed jgħidu l-klijenti, sabiex ikun jista’ jiżgura li kull skambju, kemm jekk fil-fergħa, b’mezz diġitali, jew permezz tal-Customer Service Centre, jissodisfa l-ogħla standards.
Ħinijiet ta’ ftuħ godda, introdotti bi prova f’numru ta’ fergħat, għandhom l-għan li jakkomodaw il-preferenzi tal-klijenti, u wara prova b’suċċess bejn Novembru u Diċembru li għadda f’Għawdex u r-reġjun tal-Lvant Ċentrali ta’ Malta, dan l-aħħar il-Bank ħareġ ħinijiet tal-ftuħ aktar flessibbli fir-reġjun tan-Nofsinhar ta’ Malta, fosthom il-Fgura, Marsaskala, Raħal Ġdid, iż-Żejtun, Ħaż-Żabbar, Marsaxlokk, Bormla u Birżebbuġa.
Il-Bank qed ukoll joffri servizz ta’ prijorità għall-anzjani nhar ta’ Ġimgħa u s-Sibt mill-fergħat ewlenin u nhar ta’ Ġimgħa mill-fergħat sekondarji. Is-servizz tal-kaxxier jibqa’ miftuħ kuljum kemm mill-fergħat prinċipali kif ukoll minn dawk sekondarji sal-11:00 ta’ filgħodu.
//= $special ?>