Lokali Parlament

L-għoli tal-ħajja kuljum qed tolqot liċ-ċittadin fil-laħam il-ħaj

Jerome Caruana Cilia, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia qal fil-parlament li l-għoli tal-ħajja kuljum qed tolqot liċ-ċittadin fil-laħam il-ħaj.

Jerome Carunaa Cilia qal li kuljum tisma’ u taqra dwar il-prezzijiet li jogħlew… jekk hux prodotti tal-ikel, jekk hux il-ħalib, jekk hux is-servizz tal-internet… kuljum tisma’ kemm qed togħla l-ħajja…

Għalhekk il-Partit Nazzjonalista hu l-vuci tan-nies… man-nies… kellna nkunu aħna li permezz ta’ mozzjoni nqajmu din il-materja daqstant importanti fil-Parlament.

Hu qal li hawn realtajiet diffiċli ħafna. Minkejja l-ħafna propaganda, hawn min mhux ilaħħaq mal-ħajja.
Hawn frustrazzjoni u r-realtà iebsa ta’ bosta ħaddiema Maltin u Għawdxin. “Neżisti qiegħed mhux ngħix”, “saret wisq għolja l-ħajja”, “nixtieq għandi iktar ħin għal mal-familja imma ma nistax”, “jien naħdem u nistinka u ħaddiehor jiffanga mit-taxxi li nħallas”. Dawn huma s-sentimenti ta’ bosta. Sentimenti li forsi ma narawx fuq xi programm jew fuq is-social media, sentimenti li ċertu ministri li jinqaflu fit-torri tal-avorju tagħhom, ma jisimgħuhomx… imma sentimenti ġenwin… sentimenti reali.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li hi tassew ħasra li ċertu membri tal-kabinett jitkellmu kważi kważi qed jgħidu li ma teżistix din il-problema… nesew x’kienu jgħidu li l-għoli tal-hajja jifnik… u veru… qatt daqs illum. Imbagħad kontinwament tara l-ħela u t-tberbiq mill-fondi pubbliċi… bħal ma smajna fl-operat tal-Malta Film Commission. Tal-mistħija!


Dwar l-inflazzjoni hu qali li kfilwaqt li nirrikonoxxu li l-gwerra fl-Ukrajna u ċirkostanzi ġeo-politiċi oħrajn ħallew impatt, il-persistenza tal-għoli tal-ħajja f’pajjiżna hija xi ħaġa li ħalliet impatt qawwi fuq bosta familji u anke n-negozju.


Hu rrefera għal rapport tal-Bank Ċentrali ta’ Malta li wkoll jikkonferma dan, meta f’Policy Note jgħid li
‘Malta also underwent a period of elevated inflation. According to the Harmonised Index of Consumer Prices (HICP), inflation in Malta peaked at 7.4% in October 2022, the highest rate recorded since the index’s inception in 1997. While this peak inflation rate is high by historical standards, the most remarkable aspect is the prolonged duration of elevated inflation’.


Il-Bank Ċentrali qed jgħid i minbarra l-fatt li din l-għoli tal-ħajja hi diġà għolja bi standards storiċi, li kien notevoli huwa t-tul ta’ żmien tagħha.

F’rapport ieħor tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, rapport importanti u estensiv li jagħtina dawl fuq l-elementi differenti tal-inflazzjoni, il-Bank Ċentrali jgħid li ‘L-inflazzjoni tal-ikel kien wieħed mill-kontributuri ewlenin fiż-żieda qawwija fl-inflazzjoni sa mill-aħħar tal-2021”. Jgħid ukoll li l-ikel jakkonta għal 22% tan-nefqa fil-basket li jkejjel l-għoli tal-ħajja u fi kliem il-Bank, l-ikel huwa: ‘widely considered as a necessity, meaning that the surge in HICP food inflation had negative implications for household purchasing power, particularly those with lower incomes’.

Hu sostna li mhux biss kellna għoli tal-ħajja rekord, iżda l-aktar element li kkontribwixxa kien iż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel, u nafu li dan jaffettwa l-aktar lil dawk bi dħul baxx.
Studju Caritas