Ivan Bartolo, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo sostna fil-parlament li fost il-familji Maltin hemm problemi kbar minħabba l-għoli tal-ħajja.
Ivan Bartolo tkellem dwar il-ġustizzja soċjali fil-kuntest taż-żidiet fil-prodotti essenzjali li qed jeffettwaw lil ħafna. Hu kompla li l-għoli tal-ħajja qed jolqot iċ-ċittadini Maltin iżda il-faxxa ta’ fuq kompliet tistgħana.
Il-PN qed jipproponi mozzjoni għal stabbilità ekonomika, sostna Ivan Bartolo, li kompla ħafna nies qed jiffaċċjaw faqar soċjali. L-NSO kkonfermat li hawn 30,000 pensjonat huma fir-riskju ta’ faqar.
Il-pensjonanti huma mħassba dwar is-saħħa tagħhom u huma vulnerabbli. Għalhekk ir-riżorsi finanzjarji huma importanti biex ikunu evitati l-emozzjonijiet.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-improtanza tas-soluzzjonijiet quddiem dawn l-isfidi u appella għal iktar inizjattivi fuq rikreazzjoni u arti flok iktar bini u konġestjoni tat-traffiku. Hu tkellem dwar l-importanza tar-rikreazzjoni tat-tfal u appella lill-gvern biex il-mozzjoni tiegħu dwar il-ħela tal-ikel titressaq fil-parlament.
//= $special ?>