It-tim immexxi minn Josè Mourinho, Fenerbache, kisbu rebħa konvinċenti f’darhom kontra Anderlecht bl-iskor ta’ 3-0. Kien l-eks captain ta’ Ajax Dusan Tadic fil-11-il minuta li poġġa’ lil Fenerbache fil-vantaġġ qabel kien l-eks attakkant ta’ Manchester City u Roma, Edin Dzeko li rdoppjaw. It-tielet gowl wasal fis-57 minuta minn Youssef En-Nesyri.
Rebħa wkoll ta’ 2-0 għal Ajax barra minn darhom kontra Union St.Gilloise. Kien Christian Rasmussen li poġġa’ lil Ajax fil-vantaġġ fuq pass ta’ Edvardsen fid-59 minuta. Huma rdoppjaw fil-71 minuta b’gowl ta’ Jorthy Mokio.
F’Estadio Do Dragao draw ta’ 1-1 bejn Porto u Roma. Roma fetħu l-iskor lejn tmiem l-ewwel taqsima b’konklużjoni ta’ Zeki Celik. Porto kisbu l-gowl tad-draw fis-67 minuta b’gowl ta’ Francisco Moura.
UEFA EUROPA LEAGUE : Midtylland v R Sociedad 1-2; Fenerbache v Anderelecht 3-0; Ferencvaros v V.Plzen 1-0; U. St. Gilloise v Ajax 0-1; Az Alkmaar v Galatasaray 4-1; Porto v Roma 1-1; Twente v Bodoe 2-1; PAOK v FCSB 1-2.
UEFA CONFERENCE LEAGUE: Molde v Shamrock R. 0-1; NK Celjer v A.Nicosia 2-2; T.B. Topola v J.Bialystok 1-3; V.Reykjavik v Panathinaikos 2-1; B.Luka v O.Ljubjljana 0-0; Copenhagen v Heidenheim 1-2; Gent v, R.Betis 0-3; O.Nicosia v Pafos 1-1.