Lokali

430 reat irrappurtat f’erba’ lokalitajiet fl-2024

F’Ħaż-Żabbar, f’Bormla, fil-Kalkara u fl-Isla kien hemm akar minn 430 reat irrappurtat mal-Pulizija matul is-sena 2024. Dawn kienu każi ta’ serq jew każi ta’ attentati ta’ serq.

Jirriżulta li f’Ħaż-Żabbar kien hemm 106 reat irrapurtat mal-Pulizija, li minnhom 102 kienu każi ta’ serq, u erba’ każi ta’ attentat ta’ serq. F’Bormla kien hemm 201 reati irrappurtati mal-Pulizija, li minnhom 61 kienu każi ta’ serq, u ħames każi ta’ attentat ta’ serq. Matul l-istess sena kien hemm 83 reat irrappurtat mal-Pulizija fil-Kalkara u li minnhom 32 kienu każi ta’ serq, u każ ta’ attentat ta’ serq. Fl-Isla kien hemm 43 reat irrappurtat mal-Pulizija, li minnhom 11 kienu każi ta’ serq.

Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru Byron Canilleri għal mistoqsijiet tad-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici, Shadow Minister għar-Riforma Kostituzzjonali u d-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem.