Il-familja ta’ Ugne Bastytė, li kienet taħdem f’pajjiżna, għadha ma tafx x’sar minnha.
Il-mara, li ilha nieqsa għal madwar ġimagħtejn, sparixxiet flimkien ma’ raġel ieħor, Ismael Gigo. U s’issa, m’għad hemm ebda sinjal tagħhom.
Permezz ta’ post fuq Facebook, ħuha Paulius Bastys appella għall-għajnuna tal-pubbliku wara li tilef kull kuntatt magħha. Huwa sostna li pprova jsibha b’kull mezz possibbli, iżda kien għalxejn.
Ugne kienet taħdem ma’ Simon Mamo Real Estate u kienet tgħix ma’ Ismael, li jidher li kien jaħdem bħala kap tas-sit ta’ kostruzzjoni.
Il-każ diġà ġie rrappurtat lill-Pulizija, iżda s’issa għad m’hemm l-ebda tagħrif dwar fejn jinsabu.
F’kumment fuq Facebook, Kim O’Mant Schröder, li taħdem ma’ Ugne, qalet li ilha aktar minn xahar tipprova tikkuntattjaha, iżda ma semgħat xejn mingħadha. L-aħħar tentattiv tagħha kien ftit jiem ilu, iżda wkoll, ma rċeviet l-ebda risposta.
Il-familja ta’ Ugne qed tappella lil kull min jista’ jkollu xi informazzjoni biex jikkuntattjahom immedjatament.
//= $special ?>