Lokali Mużika

Il-BBC jipprojbixxi uffiċjalment il-kanzunetta ta’ Malta għall-Eurovision

L-istazzjon tar-radju BBC jipprojbixxi uffiċjalment il-kanzunetta ta’ Malta għall-Eurovision, interpretata minn Miriana Conte.

‘Kant’ diġa’ kisbet popolarità kbira f’dawn il-jiem madwar l-Ewropa kollha. Iżda l-istazzjon BBC għażel li jagħmel din il-forma ta’ bojkott fuq din il-kanzunetta minħabba li t-titlu – fl-Ingilterra – jaf jinftiehem b’mod vulgari.

Il-ġurnal Daily Mail ikkonferma b’mod definittiv li l-BBC mhux se jagħti spazju lil din il-kanzunetta.

Miriana Conte, li għandha 24 sena, se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-finali fl-Iżvizzera f’Mejju li ġej.

Din il-ġimgħa, il-kanzunetta li Miriana Conte se tinterpreta sabiex tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision ta’ din is-sena marret viral fuq kull pjattaforma soċjali madwar id-dinja; tant li spiċċat numru wieħed fuq YouTube.