Internazzjonali

Il-Vatikan:  Ħtieġa li l-Papa jkun ikkurat mill-bronkite fl-isptar

Il-Papa Franġisku ddaħħal l-isptar, f’Ruma, biex isirulu t-testijiet għall-bronkite u bil-għan li hu jingħata t-trattament xieraq għal din il-marda.

Kien ippjanat biex il-Kap tal-Kattoliċi, li għandu 88 sena, jittieħed lejn l-Isptar Gemelli wara l-udjenzi tiegħu għal filgħodu u meta hu ilu diversi jiem ibati s-sintomi tipiċi tal-bronkite.

Jidher ukoll li l-Papa, fl-aħħar jiem, ma kienx f’sikktu biżżejjed biex jaqra d-diskorsi preparati tiegħu u fejn kellu jiddelega lill-uffiċjali tal-knisja b’din il-funzjoni.

It-testijiet tiegħu huma tat-tip dijanostiċi u mistenni li hu jqatta’ xi jiem l-isptar sakemm it-tobba jikkonkludu l-fażijiet tat-trattament neċessarji.

It-trasferiment tal-Papa lejn l-isptar Gemelli anki kien deċiż wara li hu, fl-aħħar ġranet, seta’ biss jiltaqa’ man-nies fir-residenza tiegħu fil-Vatikan u fejn hu kien qed jipprova jieħu l-mistrieħ kollu possibbli.