Lokali

“Tax rebate mhux biżżejjed biex tiġi indirizzata r-rata baxxa ta’ fertilità” – Malta Women’s Lobby

Tax rebate biex il-familji jkollhom aktar tfal mhux biżżejjed”.

Stqarret dan il-Malta Women’s Lobby fi stqarrija ppubblikata b’reazzjoni għal dak li ħabbar il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana. Qed jiġi maħsub sabiex il-familji, jingħataw tax rebate, bil-pjan li jkollhom aktar tfal u għaldaqstant tiġi indirizzata r-rata baxxa ta’ fertilità f’Malta.

Iżda, minkejja li din kienet milqugħa mill-Malta Women’s Lobby, huma spjegaw li dan mhux ħa jkun biżżejjed mingħajr ma jiġi estiż il-leave tal-maternità, paternità u tal-ġenituri.

Bl-għaqda tispjega li mingħajr din iż-żieda fil-leave, aktar flessibbiltà fix-xogħol u mingħajr ma jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġenituri – l-għan ta’ din il-proposta mhux se jkun qed jintlaħaq.

Huwa fid-dawl ta’ dan kollu li l-għaqda qed tirrakkomanda li din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata b’mod ħolistiku permezz ta’ task force li jeżamina r-rata baxxa ta’ fertilità f’pajjiżna minn aspett finanzjarju, soċjali, kulturali, housing u anke bilanċ bejn il-ġeneru.

Bl-għaqda tibqa’ tappella li ma għandhomx ikunu biss inċentivi finanzjarji li jiġu implimentati sabiex tiġi indirizzata din il-problema.