Lokali

L-akbar kunċert lokali – AIDAN iħabbar The Show fit-30 ta’ Mejju

Wara t-tħabbira tal-EP Album il-ġdid tiegħu, l-istilla lokali AIDAN ħabbar ir-ritorn tal-akbar kunċert lokali f’ Malta ‘The Show’. AIDAN se jkun qed jagħmel kunċert fit-tinda prinċipali tal-MFCC, Ta’ Qali, nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Mejju. Se jkun l-uniku kunċert sħiħ ta’ AIDAN fl-2025 fejn flimkien ma’ greatt, l-avveniment ta’ darba biss se jinkludi l-akbar suċċessi tiegħu li ddominaw ir-radju fosthom ‘Naħseb Fik’, ‘Ritmu’, ‘Reġina’, ‘Juliette’ u l-aqwa diska lokali tal-2024 ‘Hero’.

Wara l-ewwel album tiegħu, AIDAN tella’ l-ewwel kunċert fl-2024 b’aktar minn 6,000 ruħ. Ġurnalisti internazzjonali kif ukoll fans tiegħu, faħħru l-prestazzjoni tiegħu, u qalu: “AIDAN qed jilħaq livelli ġodda u qed juri li hu wieħed li ilu jipprepara għal dan il-mument għal snin sħaħ.”. AIDAN laħaq quċċata ġdida fil-karriera tiegħu, bid-domanda mill-fans dejjem tiżdied.

Mark Grech minn greatt qal li: “Wara s-suċċess tas-sena l-oħra, il-pass naturali li jmiss kien li nkabbru dan l-avveniment flimkien ma’ AIDAN. Nistennew bil-ħerqa li nipproduċu din is-serata u noħolqu esperjenza
memorabbli għal eluf ta’ dawk li ser jattendu.”

Il-biljetti se jkunu disponibbli nhar it-Tnejn 17 ta’ Frar fl-10am minn fuq is-sit aidanofficial.com