l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) issa huwa union reġistrat. Dan wara li rċieva l-approvazzjoni finali mid-DIER
Fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-2024, ittieħed vot favur din it-tranżizzjoni wara li l-IĠM rċieva l-approvazzjoni finali mid-DIER.
L-IĠM qal fi stqarrija li qatt ma beża’ mill-bidliet. Meta twaqqaf fl-1989 bħala The Malta Press Club, kien assoċjazzjoni li kienet tiġbor flimkien il-prattikanti tal-midja. Fl-2004, biddel ismu għal Istitut tal-Ġurnalisti Maltin biex jirrifletti aħjar ir-rwol fis-settur tal-midja.
L-IĠM issa qed jiftaħ kapitlu ġdid fl-istorja tiegħu ta’ 35 sena u filwaqt li se jkompli jippromwovi l-libertà tal-istampa u l-istandards professjonali fil-ġurnaliżmu, se jassumi wkoll ir-rwol importanti ta’ regolatur tar-relazzjoni bejn il-professjonisti tal-midja u l-impjegaturi tagħhom.
//= $special ?>