L-Union tal-Għalliema issospendiet id-direttivi fil-Kulleġġ tal-MCAST sal-aħħar ta’ Frar. Dan hekk kif skont l-MUT, ġie reġistrat progress sinifikanti fit-tilwima industrijali li għaddejja bejn iż-żewġ naħat.
Dan ma jfissirx li intlaħaq qbil mal-lecturers tal-MCAST, għalkemm jidher li sar pass importanti.
Fi stqarrija, l-MUT qalet li l-progress ġie reġistrat wara diskussjonijiet twal mal-Ministru tal-Edukazzjoni.
Is-sospensjoni tad-direttivi se jidħol b’effett mit-Tlieta li ġej, u jibqa’ sal-aħħar tax-xahar ħalli matulhom ikomplu d-diskussjonijiet biex ikun konkluż il-ftehim kollettiv tal-MCAST.
//= $special ?>