Sport

Marsaskala Heat Hockey Club jorganizzaw attività b’differenza

Marsaskala Heat organizzaw l-avveniment CS Technologies Hockey Festival fil-kumpless tal-Hockey f’Kordin. Din kienet attività li ġabret fiha 50 plejer fi ħdan din l-akkademja fejn flimkien mal-ġenituri tagħhom setgħu jipprattikaw din il-logħba.

Fost l-attivitajiet li saru diversi tfal mill-kategoriji ta’ taħt it-tmien snin sa taħt l-14-il sena lagħbu flimkien mal-ġenituri u l-kowċis tagħhom.

Wieħed mill-mumenti interessanti ta’ din l-attività kienet meta l-parteċipanti ħadu sehem fil-walking hockey, verżjoni aktar kajmana tal-logħba tradizzjonali.

Marsaskala Hockey Club ilu mwaqqaf sa mis-sena 2019 u hu wieħed minn dawk il-klabbs b’ideat innovattivi sabiex tiżdied il-popolarità tal-hockey f’pajjiżna.