Żagħżugħ ta’ 23 sena ġie kkundannat 16-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin wara li nstab ħati li fil-11 ta’ Frar ta’ sentejn ilu mbotta raġel bi problemi mentali fir-Rabat u ħallieh fil-periklu tal-mewt. Steve Pisani kien qed jiġi mixli li kkaġuna ġrieħi gravi wara li mbotta raġel fis-sakra li kien kien qed jagħti fastidju lilu u lil sħabu barra ħanut tal-pastizzi fir-Rabat, tard is-Sibt filgħaxija.
Il-vittma kien sofra ġrieħi serji f’rasu meta ħabat mal-art, u għamel perjodu jiġġieled għal ħajtu fit-Taqsima tal-kura intensiva fl-Isptar Mater Dei. Iż-żagħżugħ kien ma’ sħabu jieklu l-pastizzi fil-parkeġġ faċċata tas-Serkin meta avviċinahom il-vittma waqt li kien fis-sakra u beda jdejjaqhom.
Malli seħħ dan, Pisani mar fuq ir-raġel, imbottah bil-mod bil-konsegwenza li waqa’ fuq rasu u ntilef minn sensih. Fil-Qorti ħareġ li l-vittma diġà kellu numru ta’ problemi ta’ saħħa mentali u li dan l-inċident serva biex iggravahom.
Huwa kien qed jiġi mixli wkoll li kiser il-paċi pubblika b’għajjat u ġlied. Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello semgħet kif il-vittma kien fi stat ta’ sakra meta niżżel il-qalziet tiegħu u għamel il-bżonnijiet tiegħu fil-parkeġġ li fih kien hemm Pisani u sħabu. Wara, hu mar ipoġġi bilqiegħda fuq bank maġenb iż-żgħażagħ u beda jdejjaqhom bi kliem oxxen u “banalitajiet”.
Huma pprovaw imorru fuq bank ieħor iżda hu segwiehom u pprova jeħdilhom il-pastizzi li kellhom. Meta ġara dan, Pisani ħass li l-vittma kien qed jisfidah, imbuttah bil-mod iżda dan waqa’ fuq rasu. Pisani telaq minn fuq il-post iżda ftit wara ġie ordnat jagħti stqarrija fl-Għassa tal-Pulizija tar-Rabat fejn ikkonferma li mbotta lill-vittma iżda għamel dak għax kien qed jisfidah u jbeżżgħu.
Madanakollu, żewġ żgħażagħ oħra li kienu fuq il-post meta raw l-inċident qalu li ma semgħux lill-vittma jisfida liż-żgħażagħ u kulma semgħu kienu lil Pisani joffendi lill-vittma u jimbottah. Il-Qorti qalet li huwa ċar li Pisani mar minn jeddu fuq il-vittma, imbottah biż-żewġ idejn u waqqgħu mal-art fit-triq lil hinn mill-bankina.
Il-Maġistrat qalet li ż-żagħżugħ ma kienx f’periklu kbir u li r-reazzjoni tiegħu kienet waħda sproporzjonata. Qalet li huwa aktar realistiku li l-vittma, li x’aktarx verament kien fis-sakra, kien riesaq lejn Pisani biex jistaqsih għaliex kien qed joffendih u għaliex kien qed jiġi mkeċċi.
Il-Qorti saħqet li Pisani wera nuqqas ta’ rimors għal għemilu, tant li wara li mbotta lill-vittma u ħallieh mitluf minn sensih, lanqas ta kas biex jara kellux bżonn l-għajnuna u mqar ċempel għal ambulanza. Dan filwaqt li kkunsidrat li l-vittma seta’ kien qed idejjaq lil Pisani u lil sħabu, bil-Qorti tgħid li r-reazzjoni taż-żagħżugħ kienet eċċessiva.
Pisani ma nstabx ħati li kiser il-paċi pubblika. Huwa ġie kkundannat 16-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin u ordnat ma javviċinax lill-vittma għal tliet snin. Hu ġie ordnat iħallas €2,740 fi spejjeż tal-Qorti. L-Ispettur Godwin Scerri mexxa l-Prosekuzzjoni. L-avukati Alfred Abela u Rene Darmanin dehru għall-akkużat.

//= $special ?>