Iben…. ħabib… żagħżugħ li ħajtu inħasdet fil-fjur tagħha f’inċident tat-traffiku.
Il-Ġimgħa waranofsinhar ingħatat l-aħħar tislima fil-Kolleġjata ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi lil Christ Gatt, iż-żagħżugħ li tilef ħajtu fl-inċident tat-traffiku tal-10 ta’ Frar biswit il-mini li jagħtu lejn il-lokalità ta’ Ħal Kirkop.
Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena mill-Imtarfa sfortunatament kien ġie ċċertifikat mejjet fil-post wara li tilef il-kontroll tal-BMW li kien qiegħed isuq.
Bosta kienu dawk li nġabru fil-Knisja ta’ San Ġorġ sabiex jagħtu l-aħħar tislima lil dan il-ġuvni, fejn dawk li kienu jafuh minn fuq il-bankijiet tal-iskola u fuq il-post tax-xogħol iddeskrivewh bħala ħabib ġenwin… u lkoll għadhom qed jipproċessaw din it-telfa li ħasditlu ħajtu.
Hu kien deskritt bħala persuna dedikata u ta’ ispirazzjoni għal dawk kollha li b’xi mod jew ieħor laqtilhom il-ħajja tagħhom.
Il-knisja kienet ippakjata bin-nies li nġabru għal dan il-funeral, u li kienu ta’ appoġġ kemm għall-ġenituri tiegħu kif ukoll għal ħuh.
//= $special ?>