Id-Deputat Mexxej Laburista, Alex Agius Saliba, waqt diskussjoni fuq l-RTK, qatt ma ċaħad li s-Super One mhux iħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-ħaddiema tagħhom.
Agius Saliba kien fil-programm tal-Professur Andrew Azzopardi flimkien mas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Michael Piccinino fejn ripetutament ġie mistoqsi jekk tħallsux l-NI f’dawn l-aħħar snin. B’Agius Saliba fl-ebda mument ma ċaħad li qed isir abbuż.
B’hekk, Agius Sabiex evita milli jwieġeb dwar is-Super One, u prova jdawwar id-diskors jew għażel li jwieġeb biss dwar il-Partit Laburista.
U minkejja li bħala fatt l-istazzjon Super One huwa tal-Labour, Agius Saliba qal li hu ma jħallatx il-midja mal-Partit Laburista. Dan għamlu b’mod ċar sabiex ma jwiġibx għal mistoqsijiet b’rabta mal-midja u qal biss li hu uffiċjal tal-Labour. Intant, waqt l-istess programm, is-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino ħabbar li fil-ġranet li ġejjin se jkun qed jingħata bidu għall-proċess sabiex jinħatar is-suċċessur tiegħu.

Ritratti: Catriel Farrugia Sghendo
//= $special ?>