Splussiv bi drone laqat l-istrippa protettiva tal-impjant nukleari ta’ Chernobyl, u kkawża ħsarat kbar fil-barriera, b’nirien li kellhom jiġu kkontrollati mill-membri tat-tifi tan-nar.
Skont rapporti internazzjonali, il-livelli ta’ radjazzjoni baqgħu normali, peress li l-intern tal-impjant nukleari ma ġiex mittiefes.
Il-President Ukren Volodymyr Zelensky akkuża lir-Russja waqt il-Konferenza tas-Sigurtà li saret f’Munich għal dan l-attakk, waqt li l-Kremlin ċaħad l-involviment tagħhom, u saħaq li seta’ kien att provokattiv mill-Ukrajna stess.
Dan l-inċident seħħ fi żmien ta’ tensjonijiet kbar, hekk kif il-President Amerikan Donald Trump u l-President Russu Vladimir Putin qed jiddiskutu possibbiltajiet ta’ ftehim għall-paċi.
L-impjant ta’ Chernobyl, magħruf għall-inċident nukleari tal-1986, ilu magħluq għal żmien twil iżda għadu taħt sorveljanza stretta minħabba r-radjazzjoni.
//= $special ?>