Għada, fuq NET Television mill-4.10 pm ‘il quddiem jixxandar is-sbatax-il programm SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli. Fl-ewwel parti tal-ewwel programm intervista ma’ BRIAN CINI li rrappreżenta lil Malta fl-aħħar Kampjonati tad-Dinja Amateurs tas-Snooker li sar fil-Marokk. Fil-kampjonati, Brian Cini wasal sal-finali li tilef 3 – 5 kontra Gao Yang taċ-Ċina.
Fit-tieni parti tal-programm enfasi dwar l-atletika u dak li wettqu atleti żgħażagħ fl-aħħar Kampjonati Indoor tal-atletika li saru f’Lee Valley, f’Londra. Mistiedna Thea Parnis Coleiro dwar dak li wettqet fil-200m u 60 m kif ukoll Isaac Bonnici li kellu riżultati mill-aqwa fl-400m u 800m fejn iż-żewġ atleti kisru wkoll records nazzjonali fil-kategorija. Mistieden ukoll il-head coach ta’ Rush Athletics Club – Rachid Chouhal dwar dak li wettqu l-istess atleti f’Londra.
Sport Extra għandu lil Oksana Fenech bħala responsabbli mill-muntaġġi u filmati minn Liam Briffa.
//= $special ?>