Il-Partit Nazzjonalista jkompli bil-wegħda tiegħu li se jkun qed jindirizza kemm it-tajjeb u anke l-ħażin li l-poplu Malti u Għawdxi jgħaddi minnu ta’ kuljum sabiex ikun jista’ jgħix ħajja aħjar f’pajjiżna stess.
Waqt dibattitu li sar bejn il-Ministru Clyde Caruana u x-Shadow Minister, Graham Bencini fil-programm immexxi minn Manuel Micallef ġie diskuss il-mudell ekonomiku ta’ pajjiżna, Graham Bencini qal li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ kommess li la darba jkun fil-Gvern jassigura li jkun hemm setturi ekonomiċi ġodda, fost l-oħrajn.
Graham Bencini kompla jgħid kif fl-aħħar snin qed naraw kif iż-żgħażagħ f’pajjiżna mhumiex jaffordjaw l-iktar ħaġa bażika, dik li jinvestu fi propjetà għalihom infushom.
Anke jekk fl-Oppożizzjoni, il-ħidma tal-Partit Nazzjonalista qatt ma waqfet, tant li fl-aħħar jiem rajna kif fis-seduta ddedikata għalih għażel li jtella’ għad-diskussjoni l-iktar tema li qed taffetwa lill-poplu Malti u Għawdxi – dik tal-għoli tal-ħajja. Fil-Kamra tad-Deputati, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech ippreżenta għadd ta’ proposti sabiex il-Gvern jimplimenta ħalli tittaffa l-problema tal-inflazzjoni.
Minn naħa l-oħra, il-Gvern għadu ma ppreżenta l-ebda pjan jew mudell ekonomiku għaż-żmien fit-tul. Bil-poplu Malti u Għawdxi qed ibati min-nuqqas ta’ ppjanar ta’ dan il-Gvern Laburista.
//= $special ?>