Mara li akkużat lill-artisti tal-hiphop Sean “Diddy” Combs u Jay-Z bi stupru, irtirat il-kawża ċivili tagħha fil-Qorti ta’ New York.
Il-każ, li ġie ppreżentat f’Diċembru, allega li dawn l-artisti stuprawha f’avveniment wara l-MTV Video Music Awards fl-2000.
Id-dokument tal-Qorti jiddikjara li l-każ ġie rtirat b’mod volontarju u ma jistax jerġa’ jitressaq. Madanakollu, għad m’hemm l-ebda informazzjoni jekk intlaħaq ftehim bejn il-mara u l-akkużati.
Jay-Z sejjaħ dawn l-akkużi bħala fittizji u assurdi.
Intant, l-artist Sean Combs qed jaffaċċja akkużi separati ta’ traffikar sesswali u organizzazzjoni kriminali… fejn hu caħad dawn l-akkużi, bil-proċess ta’ ġurija se jibda f’Mejju.
//= $special ?>