Lokali Qorti

Jammetti li hedded li se jisplodi l-Moskea

Jamal El Badawai ta’ 34 sena, ammetta l-akkużi kollha miġjuba kontriħ fosthom li xerred aħbarijiet foloz u li għamel użu ħażin minn apparat elettroniku.

Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-akkużat ċempel lill-Aġenzija Appoġġ u qalilhom li se jisplodi l-moskea ta’ Raħal Ġdid, fejn ftit tal ħin wara ġie arestat mill-Pulizija.

Quddiem il-Maġistrat Nadine Sant Lia, l-akkużat ammetta l-akkużi, però stqarr li ma kinitx l-intenzjoni tiegħu, bl-imputat eventwalment jinstab li hu fi stat ħażin ta’ saħħa mentali u li għandu l-vizzju tad-droga.

Il-prosekuzzjoni u d-difiża qablu li l-imputat m’għandux jingħata sentenza ta’ priġunerija, u għalhekk il-Qorti, wara li sabitu ħati, ordnat biex El Badaw ikun segwit minn uffiċjat tal-probation għal 3 snin .

Il-Qorti poġġiet lill-imputat taħt trattament għal 3 snin biex jegħleb il-vizzju tad-droga u tagħtu multa.