Andrè Muscat
NAXXAR LIONS………….. 2
BIRKIRKARA……………….. 1
Naxxar Lions: M. Debono, N. Micallef, B. Sane, N. Pace Cocks, E. Farias (T. Yamaguchi 76’), R. Gilmour, H. Coelho (T. Ndao 76’) (JP. Farrugia 87’), A. Laton, M. De Souza, F. Barbosa, Y. Ito
Birkirkara: G. Volpe, M. Morello, P. Gaitan (A. Da Paixao 46’), K. Reid (S. Dimech 75’), T. Papazov, A. Satariano, L. Lautaro, N. Micallef (P. Mbong 60’), A. Coppola, D. Makoma (B. Esalo 75’), M. Maia
Skorjaw: M. Maia 14’ (B), T. Papazov OG 42’ (B), M. De Souza 56’ (NL)
Imwissija: R. Gilmour 10’ (NL), B. Sane 11’ (NL), T. Papazov 62’ (B), H. Coelho 76’ (NL)
Tkeċċa: T. Yamaguchi 90+4’ (NL)
Referee: Philip Farrugia
Assistenti Referees: Duncan Spencer u David Castillo
360 Sports Plejer tal-Logħba: Maicon De Souza (NL)
Il-Mument Plejer tal-logħba: Maicon De Souza (NL)
Ġewwa l-Istadium Nazzjonali kontra kull mistenni fil-konfront bejn Naxxar Lions u Birkirkara, kienu n-Naxxarin li dawru logħba minn 1-0 minn taħt għal 2-1 favur tagħhom, riżultat li ta’ l-ewwel tlett punti lin-Naxxarin f’dan il-closing round tal-Kampjonat Premier.
Kelna nistenew 8 minuti logħob biex naraw l-ewwel xutt direzzjonat lejn il-lasta, dan ix-xutt jasal mill-attakant Karkariż Maxuell Maia bil-goalkeeper Debono isalva mingħajr ebda diffikulta’.
Birkirkara jiftħu l-iskor fl-14-il minuta, kien cross mill-lemin ta’ Lautaro, biex waħdu f’nofs il-kaxxa zgħira Maxuell Maia jogħla u b’daqqa ta’ ras stupenda jibgħat lil Matthias Debono jiġbor il-ballun mix-xibka.
Fid-19-il minuta Naxxar jkunu l-ewwel darba perikolużi f’din il-partita, kien il-Ġappuniż tagħhon Ito li jittanta xortih b’xutt minn barra l-kaxxa, bil-ballun jagħdi ftit barra mill-wieqfa tal-goalkeeper Karkariż.
Kontra l-andament tal-logħob fit-42 minuta cross min-nofs il-grawnd tal-captain Naxxari Gilmour, bil-ballun jinżel f’saqajn Papazov biex ikun żball kardinali tad-difensur ta’ Birkirkara li tefa’ l-istess ballun wara l-goalkeeper tiegħu u jagħmel l-iskor f’parita ta’ 1-1.
B’minuta mogħtija żejda fuq il-ħin regolamentari f’din l-ewwel taqsima r-referee Philip Farrugia jibgħat liż-żewġ timijiet jistrieħu fid-draw ta’ 1-1.
Kelna nistennew sas-56 minuta logħob biex naraw l-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima, cross mix-xellug ta’ Andre Laton għal fuq it-tieni lasta, bil-Brażiljan tal-Lions jaqta’ lid-diffiża Karkariża u waħdu quddiem Volpe jitfa’ l-ballun fix-xibka. B’dan il-gowl Naxxar id-dawru l-logħba favur tagħhom u jmorru fil-vantaġġ f’din il-partita.
Birkirkara viċin id- draw, fis-76 minuta mix-xellug Morello jipprova jitfa’ cross shot lejn sieħbu l-attakant Maxuell Maia, bil-Brażiljan jasal tard u l-cross jispiċċa jagħdi ftit barra.
L-isforzi ta’ Birkirkara kienu kollha għalxejn, il-għaliex b’5 minuti mogħtija fuq il-ħin regolamnetari mat-tisfira finali tar-referee Philip Farrugia kienu Naxxar Lions li kontra kull mistenni ħadu l-punti massimi minn dan il-konfront.
B’din iż-żelqa Birkirkara naqsu li jitilgħu momentarjament fl-ewwel post tal-klassifika, filwaqt Naxxar wara ġimgħa ta’ inċertezza irnexilhom jieħdu l-ewwel tlett punti fil-closing round tal-kampjonat Premier.
//= $special ?>