Lokali Qorti

Jinżamm arrestat wara li seraq anzjana

Ġiet miċħuda t-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Jonathan Zammit ta’ 39 sena li kien akkużat li ħebb u seraq anzjana ta’ 63 sena fil-Mosta.

Zammit ġie identifikat mill-kameras tas-sigurtà` u ġie arrestat meta mar jiffirma l-Għassa tal-Mosta bħala parti mill-kundizzjonijiet għall-ħelsien mill-arrest f’kawżi oħrajn.

Zammit li ma jaħdimx, wieġeb mhux ħati għall-akkużi, u filwaqt li d-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, il-prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba li l-akkużat għandu fedina penali twila fost oħrajn .