Internazzjonali

Koppja Britannika miżmuma fl-Iran

Craig u Lindsay Foreman, koppja Britannika li kienet fuq vjaġġ madwar id-dinja bil-mutur, ġew arrestati fl-Iran f’Jannar, bl-aħbar ħarġet pubblika l-Ħamis.

Il-midja Iranjana rrapurtat li qed jinżammu fuq akkużi ta’ siġurtà.

Intant, il-familji tal-koppja esprimiet tħassib kbir u qed taħdem mal-gvern Britanniku sabiex tiżgura r-ritorn tal-koppja.

Il-koppja daħlu fl-Iran fit-30 ta’ Diċembru u kellhom jivvjaġġaw lejn il-Pakistan qabel ġew miżmuma.