Il-piż tal-għoli tal-ħajja qed ikompli jiżdied. U dan qed jinħass sew fost in-nies.
Dan ikkonfermawh ħafna mill-persuni li s-Sibt filgħodu tkellmu ma’ dan l-istazzjon meta staqsejnihom dwar iż-żieda fil-prezzijiet u l-isfida tal-għoli tal-ħajja – sitwazzjoni li qed toffri diffikultajiet kbar biex in-nies iwasslu sal-aħħar tax-xahar.
Din il-ġimgħa, fil-Parlament, il-Gvern kompla jimpika mal-poplu, mal-vulnerabbli u mal-ħaddiema u l-familji tagħhom… hekk kif ħa pożizzjoni kontra s-soluzzjonijiet li ppreżenta l-PN.
Bernard Grech kien ċar ħafna fuq dan is-suġġett – u preżenta soluzzjonijiet varji, bħat-tneħħija tat-taxxa fuq il-COLA u l-ħolqien ta’ mudell ekonomiku ġdid li joffri jobs ta’ kwalità b’pagi aħjar.
Intant, apparti ż-żieda fil-prodotti bażiċi… hemm ukoll ir-realtà ta’ pilloli out of stock u sitwazzjoni fejn il-pazjenti qed ikollhom jagħmlu operazzjonijiet għand il-privat minflok fl-isptar.
//= $special ?>