Knisja Lokali

L-inkwatru titulari tal-ħerba lura fil-glorja tiegħu

Fil-qalba tar-raħal ta’ Birkirkara, eżatt wara l-Bażilika ta’ Sant’Elena, qalb l-isqaqien, insibu knisja żgħira ddedikata lill-Verġni Marija fejn oriġinarjament din inbniet fost l-blat, terrapien u fdalijiet; u maż-żmien, akkwistat l-isem tal-Madonna Tal-Ħerba.

Il-knisja ta’ Tal-Ħerba, oriġinarjament magħrufa bħala s-santwarju ta’ Marija Bambina, ġiet magħżula mill-Verġni Marija biex turi l-qawwa u l-ħniena tagħha. L-isem “Tal-Ħerba” m’għandu l-ebda data ppruvata ta’ min fejn ġie, iżda li hu ċert li kien diġà santwarju Marjan magħruf fl-1575.

Malli tidħol fil-Knisja l-ewwel li tiġbidlek għajnejk huwa it-titular li jinsab wara l-artal maġġuri, titular li fih tidher l-Madonna u l-Bambin, rappreżentazzjoni tal-Verġni Mqaddsa Marija, li ġiet inkurunata fis-7 ta’ Awwissu 1910, b’kuruni tad-deheb imżejna bid-djamanti, pittura li x’aktarx saret bejn l-1668-1679.

Din l-pittura issa tista’ terġa’ titgawda mill-ġdid wara restawr estensiv li sarilha fejn wara 6 xhur dan l-inkwadru sab ruħu f’postu fejn ġie inawgurat fil-31 ta’ Jannar ta’ din is-sena.

llum il-ġurnata, Tal-Ħerba hija waħda mill-aktar santwarji frekwentati f’Malta fejn matul is-sena, partikolarment l-Erbgħa u s-Sibt, il-ġranet iddedikati għall-Madonna, ħafna jżuru s-santwarju biex jitolbu lill-Verġni Marija, quddiem ix-xbieha mqaddsa tagħha.