Lokali

L-iskola primarja ta’ Santa Tereża ta’ Ħal Lija tiġbor il-flus b’risq l-annimali fil-bżonn

Matul ix-xahar ta’ Jannar l-iskola primarja ta’ Santa Tereża ta’ Ħal Lija wettqet missjoni bil-għan li jkun hawn iżjed għarfien u appoġġ lil annimali li huma fil-bżonn.

B’hekk matul ix-xahar li għadda l-iskola organizzat diversi attivitajiet biex jinġabru l-flus fosthom mill-istudenti nfushom u l-istaff, fejn intweriet ġenerożita u kompassjoni kbira.

L-attivitajiet inkludew bake sale, it-tberik tal-annimali u xow bil-klieb tal-Pulizija fost oħrajn.

Permezz ta’ dawn l-attivitajiet inġabru €1,700 għall-AAA, €312 għall-RMJ Horse Organisation.

Dan flimkien ma’ ammont ta’ ikel u materjal ieħor lill-MSPCA!