Lokali

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku

Raġel ta’ 39 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fl-Iklin.

Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsillejl, fi Triq il-Wied, meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn Toyota Passo misjuqa minn mara ta’ 42 sena residenti San Pawl il-Baħar u mutur Keeway misjuq minn raġel ta’ 39 sena residenti Ħal Lija.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Iktar tard hu ġie iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.