Sport Waterpolo

Sirens jirbħu dwell missielet kontra Sliema… Neptunes jiddominaw kontra Valletta u rebħa għal Exiles fl-Ewwel Diviżjoni

(Ritratt: Joseph Galea)

SLIEMA FRANK SALT…………. 6

SIRENS BUILD FITNESS…….. 7

(2-1), (1-1), (2-2), (1-3)

Sirens Build Fitness ma setax kellhom bidu aħjar għall-Kampjonat tax-Xitwa b’rebħa importanti kontra r-rebbieħa tal-Enemed Cup Sliema Frank Salt. Il-logħba ma laħqitx livelli spettakolari iżda kienet missielta sew fl-ilma u konsegwenza ta’ dan, ir-riżultat baqa’ inċert sal-aħħar.

Is-Slimiżi rebħu l-ewwel sessjoni 2-1 b’gowl sabiħ ta’ Daniel Rizzo u penalty minn Liam Galea li kkanċellaw il-gowl inizjali ta’ Jerome Zerafa Gregory. Sirens żiedu ftit il-pressjoni fit-tieni sessjoni iżda baqgħu xorta ma kisbux il-vantaġġ.

Huma rnexxielhom jirkupraw żvantaġġ ta’ 4-2 fit-tielet sessjoni sakemm Julian Chircop ħalla lis-Slimiżi gowl vantaġġ qabel il-bidu tal-aħħar sessjoni. Sliema ma għarfux jikkontrollaw il-logħba u jiksbu vantaġġ komdu u ħallew lil Sirens fil-logħba.

Dawn tal-aħħar żiedu l-prestazzjoni tagħhom u wara li Eljiah Schembri wieġeb għad-draw momentarju ta’ Zerafa Gregory, Jake Cachia reġa’ għamel l-iskor indaqs lejn it-tmiem meta kompla għal ġewwa mil-viċin. Bi ftit aktar minn minuta għat-tmiem, ir-riżultat seta’ jmur kull naħa u kien Matthew Sciberras li minn penalty skorja l-gowl tar-rebħa.

Sliema: N. Grixti, E. Schembri (2), L. Galea (1), J. Gambin, J. Cassar (1), B. Cachia, D. Rizzo (1), J. Brownrigg, A. Galea, J. Chircop (1), D. Zammit, B. Busuttil, S. Engerer

Sirens: J. Parnis, P. Serracino, A. Dimech, P. Borg, J. Cachia (2), K. Agius, M. Ortoleva, I. Riolo, J. Zerafa Gregory (2), M. Sciberras (3), Z. Mizzi, G. Farrugia, I. Schembri, G. Pace

Referees: Alex de Raffaele, Stefan Licari

NEPTUNES BEST GYMS….. 21

VALLETTA IZIBET……….……. 12

(6-4), (6-0), (6-4), (3-4)

Neptunes Best Gyms Malta fetħu l-impenji tagħhom f’dan il-kampjonat b’rebħa netta fuq Valletta Izibet. Fil-konfront bejniethom fl-Enemed Cup, Valletta kienu qrib rebħa iżda din id-darba Neptunes iddominaw u kisbu rebħa aktar minn komda.

It-tim immexxi minn Aleksander Ciric beda jibni l-vantaġġ fit-tieni parti tal-ewwel sessjoni u prattikament aċċerta mir-rebħa fit-tieni sessjoni. Luigi Mallia spikka bi tripletta u għen lil Neptunes jiftħu vantaġġ ta’ 12-4.

In-nuqqas ta’ kompattezza u aggressività fil-logħob ta’ Valletta wassal biex il-Beltin inqatgħu minn mal-avversarji u setgħu biss jillimitaw id-danni fit-tieni parti tal-logħob. B’rotazzjonijiet aktar frekwenti, il-logħba naqqset ftit mir-ritmu. L-uniku konsolazzjoni għal Valletta kienet ir-rebħ tal-aħħar sessjoni.

Neptunes: M. Castillo, M. Ellul, S. Gialanze (1), L. Mallia (5), J. Camilleri (3), J. Valletta (1), S. Camilleri (4), M. Castillo (1), S. Mifsud, J. Bajada (2), A. Fava (2), M. Azzopardi (1), S. Bonetti, E. Mallia (1)

Valletta: A. Bugeja, M. Mifsud (1), M. Carani, J. Sciberras, S. Busuttil (2), K. Borg (1), M. Zammit (1), I. Nagaev (4), S. Micallef, K. Erdogan (1), M. Chircop (2), K. Cremona, G. Borg

Referees: Ronnie Spiteri, Neville Mercieca

EXILES WELBEE’S…………… 17

TA’ XBIEX AMIGOS………… 6

(4-1), (5-1), (3-3), (5-1)

Bidu tajjeb għal Exiles Welbee’s fl-Ewwel Diviżjoni. Konfront li ddominawh wara li ironikament Ta’ Xbiex skorjaw l-ewwel gowl tal-logħba. Exiles mhux biss irkupraw u ħadu l-kontroll tal-logħba iżda skorjaw disa’ gowls konsekuttivi bejn l-ewwel u t-tieni sessjoni.

B’riżultat ta’ 9-2, il-logħba kienet mirbuħa u mitlufa. Exiles baqgħu xorta fil-kmand tal-logħba iżda naqqsu ftit mir-ritmu tal-ewwel żewġ sessjonijiet u ppermettew lil Ta’ Xbiex jaqsmu aktar il-logħob. Fl-aħħar sessjoni, Exiles kellhom ċans li jkabbru l-marġni tar-rebħa, bil-captain Kurt Griscti rnexxielu jiskorja doppjetta.

Exiles: A. Borg Cole, T. Agius, Z. Micallef, D. Pace Lupi, M. Martellacci (2), G. Gatt (1), M. Fenech (5), K. Griscti (4), L. Hyzler, K. Tanti (2), M. Paris Roding, L. Felice (1), G. Galea Curmi, M. Naudi (2)

Ta’ Xbiex: T. Schembri, J. Farrugia (1), A. Camenzuli (1), L. Grech Carr, A. Formosa, C. Busuttil, F. Scardino (1), J. Zammit (1), N. Bonavia, J. Culic (1), Z. Bartolo, T.J. Mifsud, A. Theuma, S. van Wyk (1)

Referees: Alex de Raffaele, Juana Cauchi

Kif Jinsabu

Kampjonat Premier

LRDTFKPti
Neptunes110021123
San Ġiljan11001593
Sirens1100763
Sliema1001670
Birżebbuġa10019150
Valletta100112210

L-Ewwel Diviżjoni

LRDTFKPti
Exiles11001763
Otters11001353
Marsaxlokk11001083
Marsaskala10018100
Barracudas10015130
Valletta10016170

Logħob li jmiss

It-Tlieta 18 ta’ Frar

L-Ewwel Diviżjoni: Marsaxlokk v Exiles 6.00pm, Otters v Ta’ Xbiex 7.10pm

Kampjonat Premier: Sliema v Birżebbuġa 8.20pm

L-Erbgħa 19 ta’ Frar

L-Ewwel Diviżjoni: Barracudas v Marsaskala 6.00pm

Kampjonat Premier: Valletta v San Ġiljan 7.10pm, Sirens v Neptunes 8.20pm