Fortunatament ħadd ma sofra minn xi ġrieħi wara li sewwieq ta’ xarabank ta’ Tal-Linja tilef il-kontroll tal-vettura wara ħalba xita li għamlet fil-Gżejjer Maltin.
L-inċident seħħ fil-Balluta meta x-xarabank tilfet il-kontroll minħabba li t-triq kienet imxarrba, b’riżultat li spiċċat fil-karreġġjata opposta u għal fuq il-bankina.
Il-każ seħħ f’liwja fi Triq Ċensu Tabone, San Ġiljan, bil-Pulizija tat-traffiku ssejħu fil-post sabiex jidderieġu l-vetturi li kienu qed jużaw l-istess triq.
//= $special ?>