Lokali

Tittella’ attività tat-tajr għal jum internazzjonali tal-epilessija

Matul il-jum tas-Sibt, Caritas Malta flimkien ma’ Kite Flyers Malta organizzaw attività tat-tajr sabiex iqajmu aktar għarfien b’rabta mal-epilessija.

Din l-attività kienet ippjanata li ssir fit-8 ta’ Frar, però minħabba t-telfa ta’ Monsinjur Victor Grech, l-attività kellha tiġi posposta.

Net News kien preżenti għal dan l-avveniment fejn tkellimna ma’ Janet Mifsud, li hija konsulenta fil-Assoċjazzjoni tal-Caritas Malta Epilepsy… fejn spjegat l-għan ta’ dan l-avveniment, kif ukoll dwar l-kundizzjoni tal-epilesija.

Dan l-istazzjon tkellem ukoll ma’ Frank Portelli, li huwa l-President ta’ Caritas Malta Epilepsy, illi wassal il-messaġġ tiegħu b’rabta mal-epilepsija.

Thomas Abdilla, dilettant tat-tajr, spjega kif dan id-delizzju wasslu biex saħansitra jieħu sehem f’kompetizzjonijiet barra minn xtutna.

Hekk kif fl-10 ta’ Frar id-dinja fakkret il-kundizzjoni tal-epilessija, matul din l-attività bosta familji, anzjani u turisti setgħu japprezzaw numru ta’ wirjiet tat-tajr