Ħmistax-il pittura tas-seklu sbatax tal-artist Malti Stefano Erardi, li juri lill-appostli, ġew trasferiti lura f’idejn Heritage Malta. U l-maġġoranza tagħhom issa se jiffiurmaw parti minn wirja permanti fil-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu.
Matul l-2024, dawn l-pitturi ġew restawrati minn grupp ta’ konservaturi flimkien ma’ grupp ta’ xjentisti, sabiex issa ġew ippreservati u trattati b’reqqa kbira.
Is-serje ta’ ‘Apostolato‘ li tikkonsisti minn għadd ta’ pitturi magħmula minn Stefano Erardi u l-bottega tiegħu bejn is-snin 1670 u 1680 juru busti realistiċi tal-appostli.
Barra minn hekk, l-istil ta’ Erardi, li kien influwenzat minn Mattia Preti, jidher ċar f’dawn ix-xogħolijiet.
Il-proċess ta’ konservazzjoni kkonferma l-awtentiċità ta’ dawn ix-xogħolijiet, minkejja li d-dokumentazzjoni tal-arkivji hija limitata.
Issa, dawn il-pitturi tpoġġew fil-Palazz tal-Inkwiżitur, sabiex issa jistgħu jiġu apprezzati mill-pubbliku.
//= $special ?>