Colin Schembri
Sigma Depiro……….132
Tigers…………………….45
(23-11)(35-14)(38-10)(36-10)
Sigma Depiro ma kellhomx diffikulta jaslu sas-semifinali tal-BOV Knock-out wara rebħa faċli fuq Tigers li kellhom skwadra ridotta għal sitt players biss. Il-coach ta’ Depiro Sasha Dimitrijevic ħa l-okkażjoni biex juża players anqas impenjati tul l-istaġun fosthom Luca Stefanovic u Alessio Trapani li ġew inklużi mal-ewwel ħamsa. Għall-ewwel minuti tal-partita kien hemm logħob bilanċjat u saħansitra Tigers marru fuq quddiem wara trippla minn Andre Attard u punti minn Darryl Pisani. Però fl-aħħar tlett minuti tas-sessjoni kien hemm run ta’ 15-2 minn Depiro bi trippli ta’ Trapani u Cameron Cornelius għal skor ta’ 23-11. Depiro komplew b’disa’ punti oħra fil-ftuħ tat-tieni taqsima bi trippla ta’ Miguel Brincat. Bsket ta’ Attard waqqfilhom ir-run iżda Depiro ma damux biex għamlu 11 –il punt ieħor mingħajr risposta b’dunks ta’ Brandon Porter. Tigers kellhom trippla ta’ Ferdinand Lisondra bid-Depiro jwieġbi bi break ta’ 13-2 bi trippla ta’ Niksa Zivkovic għal skor ta’ 58-25.
Fit-tielet sessjoni l-andament tal-partita baqa l-istess fejn Depiro kellhom ħames trippli u komplew jiddominaw il-partita. Għal Tigers kien hemm ukoll trippla minn Attard però Depiro għamlu break qawwi ta’ 19-0 b’punti minn Bozovic u Tomasi fost l-oħrajn għal skor ta’ 96-35. Depiro rebħu wkoll l-aħħar taqsima bi skor għoli 36-10 fejn għaqqdu l-mitt punt b’basket ta’ Zivkovic u għamlu run ta’ 21-2 u kważi l-players kollha spiċċaw b’figuri doppji fl-iskor hekk kif huma ħarġu rebbieħa 132-45 u issa jiltaqgħu ma Hibernians fis-semifinali.
Sigma Depiro: S. Galea 13, D. Bugeja 9, N. Bozovic 11, N. Zivkovic 11, L. Stefanovic 12, A. Trapani 15, D. Tomasi 17, B. Porter 17, M. Brincat 13, C. Cornelius 14.
Tigers: D. Pisani 6, A. Attard 14, F. Lisondra 9, M. Baldacchino 9, S. Saakian 3, D. Militello 4.
Referees: Fiorentina Ciurariu, Nicky Azzopardi, Miguel De Flavia
Luxol Sherries Estates….94
Valletta Lions………………..71
(18-19)(27-12)(24-25)(25-15)
Luxol Sherries Estates saru t-tieni team li wasal fis-semi-finali wara rebħa fuq Valletta Lions 94-71. Iż-żewġ timijiet kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom bl-eċċezzjoni ta’ Adam Azzopardi li kien nieqes għal Luxol. Valletta fetħu l-partita bil-punti ta’ Nikola Vasovic u baqgħu fuq quddiem sa’ nofs l-ewwel sessjoni 10-2 wara punti minn Piotr Stelmach u Eric Terry. Wara time-out, Luxol kellhom il-punti ta’ Caleb Mccrary però aktar punti minn Terry u Stelmach u trippla ta’ Vasovic raw lil Valletta jiftħu vantaġġ ta’ 9 punti 19-10. Hawn Luxol kellhom mument tajjeb bi 8 punti konsekuttivi fosthom trippla ta’ Vukassin Jandric fl-aħħar sekonda għal skor ta’ 18-19. Luxol marru fuq quddiem fit-tieni taqsima bi three pointers ta’ Darron Howard u Stefan Cappello. L-istess Cappello għamel żewġ trippli oħra hekk kif Luxol bdew jinqatgħu fuq quddiem u jieħdu vantaġġ ta’ 10 punti 35-25. Valletta ppruvaw jirkupraw permezz ta’ Myles Carter però Luxol kellhom shooting tajjeb minn Cappello u Jean Paul Schembri u sal-intervall irnexxielhom jiftħu vantaġġ ta’ 14 –il punt 45-31.
Fil-ftuħ tat-tielet sessjoni kien hemm punti fuq kull naħa hekk kif għal Luxol bdew ġejjin ukoll it-trippli minn Nathan Xuereb. Punti minn Francesco Mifsud Bonnici u Stelmach wasslu lil Valletta sa’ 10 punti ‘l bogħod 45-55. Luxol irkupraw bi break ta’ 10-2 bi trippla ta’ Schembri u l-punti ta Howard. Valletta għamlu sitt punti mingħajr risposta però Luxol kienu għadhom 13 minn fuq fi tmiem il-perjodu 69-56. Fl-aħħar taqsima, Luxol reġgħu ħadu vantaġġ ta’ 20 punt 80-60. Valletta kellhom żewġ trippli minn Mifsud Bonnici biex ippruvaw jerġgħu jiftħu tamiet ġodda però pronta kienet ir-risposta ta’ Luxol bi trippla minn Jandric u l-punti ta’ Djakovic. Il-partita issa kienet deċiża u għalqet b’żewġ trippli minn Howard u Cappello għal skor finali ta’ 94-71.
Luxol Sherries Estates: D. Howard 23, A. Azzopardi, I. Azzopardi, V. Jandric 13 , JP Schembri 6, N. Xuereb 13, N. Bukva 6, C. Jones Mccrary 10, M. Matijevic, S. Cappello 14, N. Djakovic 9.
Valletta Lions: N. Grech 5, F. Mifsud Bonnici 10, N. Da Silva, P. Stelmach 5, S. Hamparsoumian 9, D. Schembri, N. Vasovic 29, S. Vincic, E. Terry 7.
Referees: Gordon Barbara, Zvezdan Dobrosaviljevic, Nestor Rincon
Starlites JSD…………113
Athleta AtoZ…………74
(33-21)(31-15)(35-16)(14-22)
Starlites JSD kienu l-aħħar team li għaddew għas-semifinali ta’ nhar Is-Sibt li ġej hekk kif huma għelbu lil Athleta AtoZ 113-74 u issa jiltaqgħu kontra Luxol Sherries Estates fis-semi-finali tat-3.15. Starlites irkupraw lill Ben Curran li kien nieqes fl-aħħar partita fil-waqt li Athleta rkupraw lil Juan Cefai però kien nieqes Maxwell Amoafo. Starlites għamlu l-intenzzjonijiet tagħhom ċari mal-ewwel hekk kif bdew il-partita bi break ta’ 12-3 bil-punti ta’ Curran u Trevon Reddish. Athleta wieġbu permezz ta’ Caleb Matthews u trippla ta’ Kurt James però Starlites kellhom aktar punti minn Kurt Xuereb u Ian Felice Pace. Matthews qarreb lill-Athleta b’żewġ trippli wara xulxin qabel ma Starlites għamlu run oħra ta’ 10-2 biex temmew l-ewwel taqsima 33-21 minn fuq. Starlites iddominaw il-bidu tat-tieni perjodu grazzi għal break ta’ 14-2 fejn beda Mattew Scerri b’sensiela ta’ punti konsekuttivi u kompla Curran għal skor ta’ 47-23. Athleta kellhom it-trippla ta’ James però Scerri wkoll wieġeb bi trippla għal Starlites. It-taqsima ntemmet biż-żewġ timijiet iwieġbu lil xulxin biex fl-intervall Starlites kienu 64-36 minn fuq.
Fit-tielet taqsima kien hemm aktar punti minn Starlites speċjalment minn Reddish u Curran għalkemm Athleta ippruvaw jirrispondu fejn kellhom it-trippli ta’ Matthews. It-taqsima ntemmet bi Starlites 99-52 minn fuq u fetħu l-aħħar waħda bil-baskets ta’ Paul u Curran biex qabżu l-mitt punt. Athleta wieġbu permezz ta’ James u Robert Vitale bi trippli. Il-partita ntemmet bl-aħħar ħames punti tal-Athleta minn Luca Borg u Michelangelo Spiteri għal skor finali ta’ 113-74.
Starlites JSD: B. Curran 31, S. Aquilina, A. Aquilina, K. Fabri, I. Felice Pace 16, M. Fabri 4, L. Riolo, M. Scerri 16, C. Paul 21, K. Xuereb 7, N. Sultana 2, T. Reddish 16.
Athleta AtoZ: R. Vitale 3, A. Garcia, C. Matthews 19, E. Abela, K. James 27, M. Farrugia, M. Spiteri 5, A. Bozanic, L. Borg 6, J. Cefai 8, G. Cassar 6.
Referees: Bernard Vassallo, Nicky Azzopardi, Wendell Lim
//= $special ?>