Ċiklist mill-Mosta weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn vettura l-Ħadd filgħodu fis-Siġġiewi.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħdax fi Triq il-Kilpa, meta r-raġel ta’ 50 sena baqa’ dieħel f’Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 55 sena mis-Siġġiewi.
Fil-post ġew imsejħa minnufih uffiċjali tal-Pulizija flimkien ma’ tim mediku tal-ambulanzi li ħadu ċ-ċiklist l-isptar, fejn aktar tard ġie iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>