“Il-Partit Nazzjonalista mhu se jħalli lil ħadd lura, mhu se jħalli lil ħadd warajh”.
Spjega dan is-Shadow Minister Ivan Castillo f’diskors li wassal fi djalogu li sar matul il-ġurnata tal-Ħadd, f’Wied il-Għajn, mill-Partit Nazzjonalista. Huwa spjega li matul il-ġurnata tal-Ħamis, il-Partit Nazzjonalista wera kemm verament mhu se jkun qed iħalli lil ħadd warajh kif qed jagħmel il-Gvern attwali.
Il-Partit Nazzjonalista ppreżenta numru ta’ miżuri konkreti sabiex itaffi l-piż tal-għoli tal-ħajja minn fuq il-familji u l-anzjani tagħna fost l-oħrajn. Ix-Shadow Minister spjega kif il-Partit Nazzjonalista ma tkellimx biss fuq l-għoli tal-ħajja, iżda irrelata kollox anke mal-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdin.
Ivan Castillo spjega li meta l-Partit Nazzjonalista ressaq din il-mozzjoni sabiex jgħin lill-familji Maltin u Għawdxin, il-Gvern mmexxi minn Robert Abela ippreżenta kontromozzjoni u kkanċella l-proposti kollha tal-Partit Nazzjonalista. Turija ċara ta’ Gvern li qed joġġezzjona milli jgħin lill-familji Maltin u Għawdxin, għaliex mhux iħoss id-diffikultajiet tal-familji li tant qed ibatu.
Intant, huwa tenna, li huwa biss il-Partit Nazzjonalista li jista’ jifhem u jindirizza l-weġgħet tal-poplu, fejn fakkar li apparti l-mozzjoni li tressqet sabiex jittaffa l-piż tal-għoli tal-ħajja, il-PN ressaq ukoll numru ta’ proposti għall-ġenituri, fejn fost ħafna, żied il-parental leave, sabiex il-familji jgħixu kwalità ta’ ħajja aħjar u l-ġenituri jkunu jistgħu igawdu lill-uliedhom.
//= $special ?>