Futbol Sport

Floriana u Balzan fi draw ta’ bla gowls

(Ritratt: Joseph Galea)

Carlo Zammit Lonardelli jippressa biex jirbaħ il-ballun (Ritratt: Joseph Galea)

BALZAN…………………0

FLORIANA……………..0

Balzan: D.Golovic, S.Arab, T.Caruana, N.Pulis, I.Westendorf, J.Busuttil (M.Grima 90’), O.Awosanya, L.Lukovic, V.Llorens (L.Jankovic 85’), U.Akpan, R.Floro

Floriana: C.Mafoumbi, O.El Hasni, E.Mashike, D.Vella (J.Grech 46’), M.Garcia, C.Zammit Lonardelli (J.Portocarreoro 78’), G.Gamarra, F.Sasere, A,Kouro (A.Garzia 78’),  G.Yameogo, J.Junior (G.Cardozo 58’)

Imwissija: R.Floro, T.Caruana, D.Golovic (B), G.Yameogo 13’, D.Vella 34’, G.Gamarra 54’, J.Portocarrero 83’ (F)

Referee: Emanuel Grech

Assistenti Referees: Duncan Sultana u Vasil Vasilev

Floriana fallew milli jitilgħu fl-ewwel post tal-klassifika meta ġew miżmuma minn Balzan fi draw ta’ bla gowls. Il-Greens issa jinsabu momentarjament fit-tieni post hekk kif akkumulaw 11-il punt wara 6 partiti fil-Closing Round.

Balzan kisbu punt importanti biex jipprovaw jitilgħu ‘l fuq fil-klassifika biex jevitaw li jerġgħu jkunu mal-bottom six.

Floriana kellhom l-aħjar attakk tal-partita fil-bidu tal-logħba hekk kif Lonardelli xeħet ballun fil-kaxxa b’Sasere ma jirnexxilux jikkonkludi mill-viċin. Balzan jirrispondu fil-35 minuta permezz ta’ Llorens Blaco li sab lil Akpan b’pass tajjeb, b’dan tal-aħħar ma jirnexxilux jikkonkludi tajjeb hekk kif Mafoumbi jsalva tajjeb.

Fit-tnejn u tmenin minuta Nicholas Garcia wettaq cross-shot perikoluż lejn il-lasta. Madankollu, il-goalkeeper ta’ Balzan kien attent u ppanċja l-ballun ‘il bogħod biex jevita kull periklu, u żamm l-iskor indaqs.

Il-partita bejn Balzan u Floriana spiċċat fi draw ta’ 0-0 .

Ritratt: Joseph Galea

Il-kowċ ta’ Floriana Darren Abdilla u l-kowċ ta’ Balzan, Andrew Cohen (Ritratt: Joseph Galea)